Duration 1:10

ĦABS WARA LI AMMETTA LI KIEN IBIGĦ ID-DROGA

442 watched
0
0
Published 5 Aug 2021

ONE.COM.MT • Insegwu issa ġabra t’aħbarijiet mill-Qorti, fejn raġel mill-Għana weħel il-ħabs fuq traffikar tad-droga, naraw. KITBA: NOLAN CAMILLERI FILMAT: ARKIVJI Raġel mill-Ghana ingħata sentenza ta’ sena ħabs wara li ammetta għall-akkużi tat-traffikar tad-droga. Ibrahim Abdall Musah ta’ sitta u tletin sena tressaq il-Qorti wara li f’Paceville nstab li kien f’pussess ta’ sustanzi kokaina u ecstasy mhux għal użu personali tiegħu. Barra minn hekk inqabad fil-pussess ukoll ta’ tnejn u għoxrin gramma kannabis. L-akkużi kienu aggravati hekk kif l-akkużat inqabad f’post li jinsab inqas minn mitt metru bogħod minn fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ. Inqtal kif fuq il-mobile tiegħu nstabu messaġġi li jindikaw kif l-akkużat kien qiegħed jiltaqa’ ma’ terzi persuni biex jbigħ id-droga. BARRA MILL-EWROPA WARA LI PPREŻENTAW RIŻULTAT FALZ TAL-COVID-19 Żewġ nisa Ingliżi mhux ser jitħallew jidħlu fl-Ewropa għal tliet snin wara li ffalsifikaw riżultati tat-testijiet tal-Covid-19, b’waħda minnhom wara tirriżulta li kienet pożittiva għall-virus. Kieanna Barnes ta’ wieħed u għoxrin sena u Victoria Chidibere Ajuda ta’ tlieta u għoxrin sena ammettew għamlu dikjarazzjoni falza lill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni. Il-każ imur lura għat-22 ta’ Lulju, meta kif waslu f’pajjiżna, iż-żewġ nisa ppreżentaw ir-riżultati foloz. Huma skużaw ruħhom u qalu li kienet azzjoni ta’ bluha.

Category

Show more

Comments - 0